Wasal iż-żmien li Malta tiġi l-liberata mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni tal-partiti li ħolqu diviżjoni nazzjonali għal għexieren ta’ snin.

One TV u Net TV huma magni ta’ propaganda u jmorru kontra l-Kostituzzjoni, li titlob xandir imparzjali.

Din tista' tkun l-ikbar u l-iktar bidla mportanti li pajjiżna se jwettaq matul ħajjitna u b’hekk hemm bżonn l-għajnuna tiegħek.

KIF NISTA' NGĦIN?

AQSAM

dan il-filmat.

Oħloq watch parties fuq Facebook, ifqa ic-chats tal-WhatsApp ta’ sħabek, poġġi din il-ħolqa fuq il-kummenti ta’ diskussjonijiet differenti, għamel lip sync fuq TikTok, ittegja l-ħbieb tiegħek fuq l-istory ta’ Insta jew ibgħata "aċċidentalment" f’email lill kollegi tax-xogħol. Kulħadd għandu jara dan il-filmat.

XERRED MA' SĦABEK

Ikkopja

Agħfas il-ħolqa biex tikkopja għal fuq il-clipboard.

AGĦTI DONAZZJONI

biex finanzjament tgħin niftħu każ il-qorti.

Neħtieġu l-għajnuna tiegħek biex nibdew kawża legali b'saħħitha biex niġġieldu l-istazzjonijiet tal-partiti fil-qorti. Il-Kostituzzjoni hija ċara, imma hemm interessi politiċi kbar fin-nofs u dan mhux ser ikun każ faċli. Għandna bżonn l-aħjar avukati kostituzzjonali disponibbli. Il-flus kollha li nirċievu ser imorru għall-ġlieda kontra każ legali eżawrjenti fil-qorti, jekk ikun hemm bżonn nieħdu l-kwistjoni quddiem il-qrati Ewropej, ukoll.

€7,662

Ammont miġbur s’issa

272 Persuni taw il-kontribuzzjoni tagħhom għal din il-kampanja

IKKONTRIBWIXXI PERMEZZ
TAL-BOV PAY: 79241127
jew

IFFIRMA

l-petizzjoni parlamentari

Qegħdin fil-proċess li nibdew petizzjoni ġdida, din id-darba direttament fuq il-websajt tal-Parlament. Aħna ser nżommuk aġġornat meta tkun online biex tiffirma u tqassamha. Ladarba nagħmlu biżżejjed pressjoni fuq din il-petizzjoni, għandha tiġi diskussa fil-Parlament.

0

Iffirmaw s'issa

DALWAQT MAGĦKOM