Ejja nieħdu flusna lura u nonfquhom fuq dak li vera jaqdi l-ġid komuni, u mhux l-ambizzjonijiet ta' erbgħa minn nies.

Ħallik mill-fenkata bro... waslet is-siegħa li tieħu azzjoni.
Agħmel dawn it-tliet affarijiet ISSA. Pajjiżek jeħtieġ l-għajnuna tiegħek minnufih.

KIF NISTA' NGĦIN?

Ejja nieħdu flusna lura u nonfquhom fuq dak li vera jaqdi l-ġid komuni, u mhux l-ambizzjonijiet ta' erbgħa minn nies.

Ħallik mill-fenkata bro... waslet is-siegħa li tieħu azzjoni.
Agħmel dawn it-tliet affarijiet ISSA. Pajjiżek jeħtieġ l-għajnuna tiegħek minnufih.

KIF NISTA' NGĦIN?

XERRED

dan il-video ma’ sħabek qisu l-Mitzu White fl-2005 jew il-herpes u s-sifilide fil-bajja ta’ San Ġorġ waqt lejla sajfija.

Oħloq parties fuq il-Facebook, ifqa’ kull WhatsApp thread li qatt defsuk fiha bih, imitah fuq it-TikTok u jekk hemm bżonn - u ovvjament dejjem “bi żball” - ibgħat reply-to-all email lil mailing list kollha tax-xogħol.

XERRED MA' SĦABEK

Ikkopja

Agħfas il-ħolqa biex tikkopja għal fuq il-clipboard.

IKKONTRIBWIXXI

qisek l-MDA waqt l-Istrina.

Għinna nikkumbattu l-propaganda li qegħdin jidfnuna fiha...BIL-FLUS TAGĦNA STESS. Jeħtieġ li din il-kampanja tasal fuq kull feed ta’ kull persuna residenti hawn Malta. Bħalissa l- ministeri qegħdin jonfqu madwar €25,000 fix-xahar fuq boosts BISS. Dawk jiġu €10 kull 20 minuta.
Kull ma neħtieġu biex inġibuha żewġ hu li 2,500 ruħ jagħtu donazzjoni ta’ €10-il wieħed. Il-flus KOLLHA se jintefqu biex nagħtu boost lir-reklamar kollu marbut ma’ din il-kampanja.

€6,144

Ammont miġbur s’issa

322 Persuni taw il-kontribuzzjoni tagħhom għal din il-kampanja

IFFIRMA

Il-petizzjoni biex tieħu flusek lura...għax speċi ta’ dawk erm...flusek...taf kif?!

Organizzajna petizzjoni fejn int tista’ tesprimi r-rabja tiegħek lejn it-tberbiq inkoxxenti ta’ flusek. Tridx irodduhomlna lura f’vouchers tal-€100? Ma jinteressaniex. L-aqwa li jaslu. Kif spjega Jon “Il-poplu Malti empatiku… anke Cosworths u ċpiepet tal-praċett naċċettaw.”

4,503

Iffirmaw s'issa

IFFIRMA L-PETIZZJONI